31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Caja de Ahorros y Monte de Piedad de Madrid vs Asociación de Usuarios de Servicios Bancarios (Ausbanc)
(Kawża C-484/08) (1)
(Direttiva 93/13/KEE - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Klawżoli li jfissru s-suġġett prinċipali tal-kuntratt - Stħarriġ ġudizzjarju tan-natura inġusta tagħhom - Esklużjoni - Dispożizzjonijiet nazzjonali iktar stretti sabiex jiġi żgurat livell ogħla ta’ protezzjoni għall-konsumatur)
2010/C 209/07
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo — Spanja
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Caja de Ahorros y Monte de Piedad de Madrid
Konvenut: Asociación de Usuarios de Servicios Bancarios (Ausbanc)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 3(1)(g) u 4(1) KE u tal-Artikoli 4(2) u 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, p. 29) — Dispożizzjonijiet nazzjonali iktar stretti sabiex jiġi żgurat livell ogħla ta’ protezzjoni lill-konsumatur — Stħarriġ tal-klawżoli li jistabbilixxu bħala s-suġġett prinċipali tal-kuntratt jew l-adegwazzjoni bejn il-prezz u r-remunerzzjoni u s-servizzi jew il-merkanzija li jiġu pprovduti.
Dispożittiv
(1)
L-Artikoli 4(2) u 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, milli tawtorizza stħarriġ ġudizzjarju tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali dwar id-definizzjoni tas suġġett prinċipali tal-kuntratt jew dwar is-suffiċjenza bejn il-prezz u r-remunerazzjoni, minn naħa, u s-servizzi jew il-merkanzija pprovduta, min-naħa l-oħra, anki jekk dawn il-klawżoli huma fformulati b’mod sempliċi u ċar.
(2)
L-Artikoli 2 KE, 3(1)(g) KE u 4(1) KE ma jipprekludux interpretazzjoni tal-Artikoli 4(2) u 8 tad-Direttiva li permezz tagħha l Istati Membri jistgħu jadottaw leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza stħarriġ ġudizzjarju tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali dwar id-definizzjoni tas-suġġett prinċipali tal-kuntratt jew dwar is-suffiċjenza bejn il-prezz u r-remunerazzjoni, minn naħa, u s-servizzi jew il merkanzija pprovduta, min-naħa l-oħra, anki jekk dawn il-klawżoli huma fformulati b’mod sempliċi u ċar.
(1) ĠU C 19, 24.01.2009.
Full & Egal Universal Law Academy