5.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ April 2010 — Claudia Gualtieri vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-485/08 P) (1)
(“Appell - Espert nazzjonali sekondat - Allowance ta’ residenza ta’ kuljum - Prinċipju ta’ trattament ugwali”)
2010/C 148/08
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Claudia Gualtieri (rappreżentanti: P. Gualtieri u M. Gualtieri, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Currall, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li mill-1 ta’ Diċembru 2009 saret il-Qorti Ġenerali) (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2008, Gualtieri vs Il-Kummissjoni (T-284/06), li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Jannar 2006, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex taġġusta, wara d-divorzju tagħha, l-ammont ta’ allowances dovuti skont l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002) 1559, tat-30 ta’ April 2002, dwar ir-regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali sekondati, kif emendati.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
C. Gualtieri hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 32, 07.02.2009
Full & Egal Universal Law Academy