31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-487/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 56 KE u 40 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE - Differenza fit-trattament - Dividendi mħallsa lil kumpanniji residenti u lil kumpanniji mhux residenti)
2010/C 209/08
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u I. Martinez del Peral Cagigal, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 56 KE u 40 ŻEE — Differenza fit-trattament bejn id-dividendi mħallsa lil ċittadini u lil barranin.
Dispożittiv
(1)
Billi ssuġġetta l-eżenzjoni tad-dividendi mħallsa minn kumpanniji residenti fi Spanja għal livell ta’ ishma tal-kumpanniji benefiċjarji fil-kapital tal-kumpanniji li jħallsu d-dividendi iktar għoli għall-kumpanniji benefiċjari residenti fi Stat Membru ieħor milli għall-kumpanniji residenti fi Spanja, ir-Renju ta’ Spanja naqas mill-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 56(1) KE.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 19, 24.01.2009
Full & Egal Universal Law Academy