31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-491/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali - Fawna u flora selvaġġa - Siti ta’ importanza Komunitarja - Sistema ta’ protezzjoni - Kumpless turistiku “Is Arenas”)
2010/C 209/09
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: D. Recchia, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Bruni, aġent, G. Aiello, avvocato dello Stato)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102) — Siti ta’ importanza Komunitarja — Sit “Is Arenas” — Żvilupp ta’ korsa tal-golf.
Dispożittiv
(1)
Fir-rigward tal-proġett tal-kumpless turistiku u immobbiljari “Is Arenas” li jaffettwa s-sit “Is Arenas”:
—
billi ma adottatx, qabel id-19 ta’ Lulju 2006, data ta’ iskrizzjoni tas-sit “Is Arenas” fil-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja, miżuri ta’ protezzjoni adatti, b’rigward għall-għan ta’ konservazzjoni stipulat fid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, sabiex jiġi ppreżervat l-interess ekoloġiku rilevanti li s-sit propost bħala sit ta’ importanza Komunitarju għandu fuq livell nazzjonali u, b’mod partikolari billi ma pprojbixxietx intervent li jista’ serjament jikkomprometti l-karatteristiċi ekoloġiċi tas-sit, u
—
billi ma adottatx, wara, id-19 ta’ Lulju 2006, il-miżuri xierqa sabiex tevita d-deterjorament tal-habitats naturali li għalihom ġie nnominat l-imsemmi sit ta’ importanza Komunitarja,
ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 92/43 u, b’mod iktar partikolari, fir-rigward tat-tieni ilment, taħt l-Artikolu 6(2) tagħha.
(2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 44, 21.02.2009.
Full & Egal Universal Law Academy