14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-492/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/112/KE - Taxxa fuq il-valur miżjud - Rata mnaqqsa - Artikoli 96 u 98(2) - Punt 15 tal-Anness III - Għajnuna legali - Servizzi ta’ avukati - Kumpens sħiħ jew parzjali mill-Istat)
2010/C 221/09
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. Afonso, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. — S. Pilczer, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 96 u 98(2) tad-Direttiva tal-Kunsill, 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Rata mnaqqsa tal-VAT — Kategoriji ta’ servizzi msemmija fl-Anness III tad-Direttiva tal-VAT li jistgħu jibbenefikaw minn rata mnaqqsa — Tnaqqis tar-rata tal-VAT għas-servizzi mogħtija minn avukati mħallsa mill-Istat fil-kuntest tal-għajnuna legali
Dispożittiv
(1)
Billi applikat rata mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud għas-servizzi pprovduti mill-avukati, mill-avukati tal-Conseil d’État u tal-Cour de cassation u mill-prokuraturi legali, li għalihom jitħallsu totalment jew parzjalment mill-Istat fil-kuntest tal-għajnuna legali, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 96 u 98(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.
(2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 19, 24.01.2009
Full & Egal Universal Law Academy