16.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 11/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-495/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 85/337/KEE - Stima tal-impatt ambjentali ta’ proġetti - Obbligu li deċiżjoni sabiex proġett ma jiġix suġġett għal stima tkun motivata)
2010/C 11/07
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Oliver u J.-B. Laignelot, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: L. Seeboruth u H. Walker, aġenti, J. Maurici, barrister)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40) — Obbligu li deċiżjoni sabiex proġett ma jiġix suġġett għal stima tkun motivata
Dispożittiv
(1)
Billi ma ssottomettiex l-applikazzjonijiet għar-Review of Mineral Planning ippreżentati f’Wales qabel il-15 ta’ Novembru 2000 għar-rekwiżiti tal-Artikoli 2(1) u 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997, ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
(2)
Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 32, 07.02.2009.
Full & Egal Universal Law Academy