18.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret — id-Danimarka) — Ingeniørforeningen i Danmark, li taġixxi għal Ole Andersen vs Region Syddanmark
(Kawża C-499/08) (1)
(Direttiva 2000/78/KE - Trattament ugwali fil-qasam tal-impjieg u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol - Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Nuqqas ta’ ħlas tal-kumpens għal tkeċċija lill-ħaddiema eliġibbli għall-benefiċċju ta’ pensjoni tax-xjuħija)
2010/C 346/10
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ingeniørforeningen i Danmark, li taġixxi għal Ole Andersen
Konvenut: Region Syddanmark
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Vestre Landsret — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2 u 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, p. 16) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-ħlas ta’ kumpens għal tkeċċija lill-ħaddiema mkeċċija li kienu impjegati għal numru ta’ snin konsekuttivi mal-istess persuna, ħlief jekk dawn il-ħaddiema jkunu laħqu l-età li fiha huma jkollhom id-dritt għal pensjoni tax-xjuħija li għaliha jkun ikkontribwixxa min ħaddimhom — Diskriminazzjoni diretta jew indiretta bbażata fuq l-età
Dispożittiv
L-Artikoli 2 u 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha l-ħaddiema eliġibbli għall-benefiċċju ta’ pensjoni tax-xjuħija mħallsa minn min kien iħaddimhom skont skema ta’ pensjoni li fiha huma ssieħbu qabel ma kellhom l-età ta’ 50 sena ma jistgħux, minħabba dan il-fatt biss, jibbenefikaw minn kumpens speċjali għal tkeċċija intiż sabiex jiffavorixxi r-riintegrazzjoni professjonali ta’ ħaddiema li jkollhom anzjanità ta’ iktar minn tnax-il sena fl-impriża.
(1) ĠU C 19, 24.01.2009
Full & Egal Universal Law Academy