21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-504/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/70/KE - Uffiċjali u politkanti - Ħasil ta’ flus - Traspożizzjoni inkompleta)
2009/C 282/25
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u E. Adsera Ribera, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J. López-Medel Bascones, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, tal-1 ta’ Awwissu 2006, li tistabbilixxi miżuri implimentattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ persuni esposti politikament u l-kriterji tekniċi għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta’ attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna (ĠU L 214, p. 29)
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi necessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, tal-1 ta’ Awwissu 2006, li tistabbilixxi miżuri implimentattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ persuni esposti politikament u l-kriterji teknici għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-kljient u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta’ attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5 ta’ din l-istess direttiva.
(2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 6, 10.01.2009
Full & Egal Universal Law Academy