26.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka
(Kawża C-507/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Kanċellament parzjali ta’ dejn fiskali ta’ kumpannija fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ftehim mal-kredituri - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ din l-għajnuna mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni)
2011/C 63/03
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, J. Javorský u K. Walkerová, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 2082 finali, tas-7 ta’ Ġunju 2006, li tikkonstata l-inkompatibbiltà mas-suq komuni tal-għajnuna mogħtija mis-Slovakkja favur Frucona Košice, taħt il-forma ta’ annullament ta’ dejn fiskali mill-uffiċċju tat-taxxi fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ftehim mal-kredituri, u li tordna l-irkupru tagħha (Għajnuna mill-Istat Nru C-25/2005, ex NN 21/2005) (ĠU L 112, p. 14)
Dispożittiv
(1)
Billi ma ħaditx, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarja tagħha l-għajnuna illegali koperta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/254/KE, tas-7 ta’ Ġunju 2006, dwar l-għajnuna mill-Istat C-25/05 (ex NN 21/05) mogħtija mir-Repubblika Slovakka favur Frucona Košice a.s., ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 249 u l-Artikolu 2 tal-imsemmija deċiżjoni.
(2)
Ir-Repubblika Slovakka hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 102, 01.05.2009
Full & Egal Universal Law Academy