18.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Malta
(Kawża C-508/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport marittimu - Regolament (KEE) Nru 3577/92 - Artikoli 1 u 4 - Servizzi ta’ kabotaġġ fi ħdan Stat Membru - Obbligu li kuntratti ta’ servizz pubbliku jiġu konklużi fuq bażi mhux diskriminatorja - Konklużjoni, mingħajr sejħa għal offerti minn qabel, ta’ kuntratt esklużiv qabel id-data tal-adeżjoni ta’ Stat Membru mal-Unjoni)
2010/C 346/11
Lingwa tal-kawża: il-Malti
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Aquilina u K. Simonsson, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Malta (rappreżentanti: S. Camilleri, L. Spiteri u A. Fenech, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/1992, tas-7 ta’ Diċembru 1992, li japplika l-prinċipju ta’ liberta’ li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 10) — Konklużjoni, mingħajr sejħa għal offerti minn qabel, ta’ kuntratt esklużiv sabiex jiġi żgurat servizz marittimu fuq ir-rotta bejn Malta u Għawdex
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 32, 07.02.2009.
Full & Egal Universal Law Academy