19.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Vera Mattner vs Finanzamt Velbert
(Kawża C-510/08) (1)
(Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 56 KE u 58 KE - Taxxa ta’ trasferiment fuq donazzjonijiet - Art mibnija - Dritt għal tnaqqis mill-bażi taxxabbli - Trattament differenti bejn residenti u mhux residenti)
2010/C 161/12
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vera Mattner
Konvenuta: Finanzamt Velbert
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-Artikoli 39 u 43 KE, kif ukoll tal-Artikolu 56 flimkien mal-Artikolu 58 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tat-taxxa fuq id-donazzjonijiet ta’ immobbli li tiffissa għal EUR 1 100 il-parti mhux taxxabbli tal-valur tal-immobbli fil-każ ta’ residenza tad-donatur u tal-benefiċjarju fi Stat Membru ieħor, filwaqt li din il-parti mhux taxxabbli titla’ għal EUR 205 000 fil-każ ta’ residenza kemm tad-donatur, kif ukoll tal-benefiċjarju fit-territorju nazzjonali
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-Artikoli 56 KE u 58 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi, għal kalkolu tat-taxxa fuq id-donazzjoni, li t-tnaqqis mill-bażi taxxabbli ta’ immobbli ttrasferit b’donazzjoni u li jinsab fit-territorju ta’ dan l-Istat għandu jkun inqas, fil-każ fejn id-donatur jew il-persuna li tirċievi d-donazzjoni jkun, fid-data ta’ meta ssir id-donazzjoni, residenti fi Stat Membru ieħor, mit-tnaqqis li kien ikun applikabbli kieku tal-inqas wieħed minnhom kien ikollu r-residenza, fl-istess data, fl-ewwel Stat Membru.
(1) ĠU C 44, 21.02.2009
Full & Egal Universal Law Academy