5.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tal-15 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Verbraucherzentrale Nordrhein-Westfalen eV vs Handelsgesellschaft Heinrich Heine GmbH
(Kawża C-511/08) (1)
(Direttiva 97/7/KE - Protezzjoni tal-konsumaturi - Kuntratti li jsiru mill-bogħod - Dritt ta’ rtirar mill-kuntratt - Allokazzjoni tal-ispejjeż tal-kunsinna tal-prodotti lill-konsumatur)
2010/C 148/09
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Verbraucherzentrale Nordrhein-Westfalen eV
Konvenuti: Handelsgesellschaft Heinrich Heine GmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1) u tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 97/7/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Mejju 1997, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 319) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-konsumatur għandu jbati l-ispejjeż tal-kunsinna tal-prodotti f’każ ta’ rtirar
Dispożittiv
It-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Mejju 1997, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li leġiżlazzjoni nazzjonali tippermetti lill-fornituri f’kuntratti konklużi mill-bogħod li jallokaw l-ispejjeż tal-kunsinna tal-prodotti lill-konsumatur fil-każ fejn dan il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rtirar mill-kuntratt.
(1) ĠU C 32, 07.02.2009
Full & Egal Universal Law Academy