5.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Paris - Franza) – Fundación Gala-Salvador Dalí, Visual Entidad de Gestión de Artistas Plásticos vs Société Auteurs dans les arts graphiques et plastiques, Juan-Leonardo Bonet Domenech, Eulalia-María Bas Dalí, María del Carmen Domenech Biosca, Antonio Domenech Biosca, Ana-María Busquets Bonet, Mónica Busquets Bonet
(Kawża C 518/08) (1)
(Approssimazzjoni tal-liġijiet - Proprjetà intellettwali - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Dritt ta’ bejgħ mill-ġdid favur l-awtur ta’ xogħol ta’ arti oriġinali - Direttiva 2001/84/KE - Benefiċjarji tad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid wara l-mewt tal-awtur tax-xogħol tal-arti - Kunċett ta’ “dawk intitolati” - Leġiżlazzjoni nazzjonali li żżomm, għal perijodu ta’ 70 sena, id-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid favur il-werrieta tal-awtur biss, bl-esklużjoni ta’ legatarji u aventi kawża oħrajn - Kompatibbiltà mad-Direttiva 2001/84)
2010/C 148/10
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de grande instance de Paris
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fundación Gala-Salvador Dalí, Visual Entidad de Gestión de Artistas Plásticos
Konvenuti: Société Auteurs dans les arts graphiques et plastiques, Juan-Leonardo Bonet Domenech, Eulalia-María Bas Dalí, María del Carmen Domenech Biosca, Antonio Domenech Biosca, Ana-María Busquets Bonet, Mónica Busquets Bonet
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunal de grande instance de Paris – Interpretazzjoni tal-Artikoli 6 u 8(2) u (3) tad-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Settembru 2001, dwar id-dritt tal-bejgħ mill ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 240) – Benefiċjarji tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid wara l-mewt tal-awtur tax-xogħol – Kompatibbiltà, mad-Direttiva 2001/84/KE, ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li żżomm, matul perijodu ta’ 70 sena, id dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-werrieta tal-awtur, bl-esklużjoni tal-legatarji u tal-aventi kawża kollha
Dispożittiv
L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Settembru 2001, dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall benefiċċju tal awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża inkwistjoni, li tirriżerva l-benefiċċju tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid biss lill-werrieta legali tal-artist, bl-esklużjoni tal-legatarji testamentarji. Fid-dawl ta’ dan, hija l qorti tar-rinviju, għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali li tittrasponi l-imsemmi Artikolu 6(1), li għandha tieħu inkunsiderazzjoni r-regoli rilevanti kollha intiżi li jsolvu l-kunflitti ta’ liġijiet fil-qasam tad-devoluzzjoni ta’ suċċessjoni tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid.
(1) ĠU C 32, 07.02.2009.
Full & Egal Universal Law Academy