27.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-523/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/71/KE - Proċedura speċifika għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2010/C 80/05
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande u M.-A. Rabanal Suárez, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tas-Spanja (rappreżentant: B. Plaza Cruz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jieħu, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE, tat-12 ta’ Ottubru 2005, dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika (ĠU L 289, p. 15)
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/71/KE tal-Kunsill, tat-12 Ottubru 2005, dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal finijiet ta’ riċerka xjentifika, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
(2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 19, 24.01.2009
Full & Egal Universal Law Academy