28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-526/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ammissibbiltà - Ne bis in idem - Res judicata - Artikoli 226 KE u 228 KE - Artikolu 29 tar-Regoli tal-Proċedura - Lingwa tal-kawża - Direttiva 91/676/KEE - Protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli - Nuqqas ta’ konformità tal-miżuri nazzjonali mar-regoli dwar il-perijodi, il-kundizzjonijiet u t-teknika ta’ applikazzjoni tal-fertilizzant fuq l-art - Kapaċità ta’ ħażna minima ta’ demel - Projbizzjoni ta’ applikazzjoni fuq artijiet b’xaqliba wieqfa - Teknika li tippermetti li tiġi żgurata applikazzjoni uniformi u effettiva tal-fertilizzant)
2010/C 234/14
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán, N. von Lingen u B. Smulders, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: C. Schiltz, aġent, P. Kinsch, avukat)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu kompletament u korrettament mal-Artikoli 4 u 5, b’rabta mal-Anness II A(1) u l-Anness III 1(1), l-Anness II A(5) u l-Anness III 1(2), l-Anness II A(2) u l-Anness II A(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 68) — Metodi u kundizzjonijiet u perijodi għall-applikazzjoni tal-fertilizzant — Kapaċità ta’ ħażna minima ta’ demel — Teknika li tippermetti li tiġi żgurata applikazzjoni uniformi u effettiva tal-fertilizzant
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri amministrattivi kollha sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli, moqrija flimkien mal-punti 1, 2, 5 u 6 tal-Anness II(A) kif ukoll mal-punti 1 u 2 tal-Anness III(1) ta’ din id-direttiva, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
(2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 44, 21.02.2009
Full & Egal Universal Law Academy