4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda
(Kawża C-532/08) (1)
(Nuqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/60/KE - Ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2009/C 153/34
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: P. Dejmek u A.A. Gilly, aġenti]
Konvenuta: L-Irlanda [rappreżentant: D. O’Hagan, aġent]
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, p.15).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 32, 7.2.2009.
Full & Egal Universal Law Academy