19.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — l-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs X (C-536/08), fiscale eenheid Facet BV vs Facet Trading BV (C-539/08)
(Kawżi magħquda C-536/08 u C-539/08) (1)
(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 17(2) u (3) - Artikolu 28b(A)(2) - Dritt għal tnaqqis - Sistema tranżitorja ta’ tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri - Post tal-akkwisti intra-Komunitarji ta’ oġġetti)
2010/C 161/13
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën
Konvenuti: X (C-536/08), fiscale eenheid Facet BV vs Facet Trading BV (C-539/08)
Suġġett
Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — Interpretazzjoni tal-Artikoli 17(2) u (3) u 28b (2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Sistema tranżitorja ta’ tassazzjoni fuq kummerċ bejn l-Istati Membri — Post tal-akkwisti intra-Komunitarji ta’ oġġetti.
Dispożittiv
L-Artikoli 17(2) u (3) kif ukoll 28b(A)(2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mid-Direttiva tal-Kunsill 92/111/KEE, tal-14 ta’ Diċembru 1992, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-persuna taxxabbli li tinsab fis-sitwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ din l-aħħar dispożizzjoni ma għandhiex id-dritt li tnaqqas immedjatament it-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa fuq akkwist intra-Komunitarju.
(1) ĠU C 44, 21.02.2009
Full & Egal Universal Law Academy