19.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Kahla/Thüringen Porzellan GmbH, Freistaat Thüringen, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-537/08 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)
2011/C 55/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Kahla/Thüringen Porzellan GmbH (rappreżentanti: M. Schütte, S. Zühlke u P. Werner, Rechtsanwälte)
Appellati: Freistaat Thüringen (rappreżentanti: A. Weitbrecht u M. Núñez-Müller, avukati), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u W. -D. Plessing, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Kreuschitz u K. Gross, aġenti, C. Koenig, professur)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tal-24 ta’ Settembru 2008, Kahla/Thüringen Porzellan vs Il-Kummissjoni (T-20/03), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/643/KE, tat-13 ta’ Mejju 2003, dwar l-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja implementat favur l-impriżi Kahla Porzellan GmbH u Kahla/Thüringen Porzellan GmbH (ĠU L 227, p. 12), sa fejn din id-deċiżjoni tirrigwarda l-għajnuna finanzjarja mogħtija favur Kahla/Thüringen Porzellan GmbH — Ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Kahla Thüringen Porzellan GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 44, 21.02.2009.
Full & Egal Universal Law Academy