5.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden, Gerechtshof te Amsterdam — il-Pajjiżi l-Baxxi) — X Holding B.V.vs Staatssecretaris van Financiën (C-538/08), Oracle Nederland BVvs Inspecteur van de Belastingdienst Utrecht-Gooi (C-33/09),
(Kawża C-538/08 u C-33/09) (1)
(Sitt Direttiva tal-VAT - Dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi d-dritt għat-tnaqqis għal ċerti kategoriji ta’ oġġetti u servizzi - Possibbiltà għall-Istati Membri li jżommu regoli li jeskludu d-dritt għat-tnaqqis eżistenti meta s-Sitt Direttiva tal-VAT daħlet fis-seħħ - Emenda wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva)
2010/C 148/11
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden, Gerechtshof te Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: X Holding B.V. (C-538/08), Oracle Nederland BV (C-33/09)
Konvenuti: Staatssecretaris van Financiën (C-538/08), Inspecteur van de Belastingdienst Utrecht-Gooi (C-33/09)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11(4) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE, tal-11 ta’ April 1967, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Struttura u metodi ta’ applikazzjoni tas-sistema komuni ta’ taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ (ĠU 71, p. 1303) u tal-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 17(2) u (6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1 p. 23) — Esklużjoni mid-dritt għal tnaqqis — Possibbiltà għall-Istati Membri li jżommu l-esklużjonijiet eżistenti matul id-dħul fis-seħħ tas-Sitt Direttiva — Leġiżlazzjoni ta’ qabel is-Sitt Direttiva li tipprovdi l-esklużjoni tad-dritt għal tnaqqis għal kategoriji ta’ oġġetti u ta’ servizzi previsti sabiex jintużaw għat-trasport privat — Definizzjoni ta’ dawn il-kategoriji
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 11(4) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE, tal-11 ta’ April 1967, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Struttura u modalitajiet għall-applikazzjoni ta’ sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, u l-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru li teskludi t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud marbut mal-kategoriji tal-ispejjeż li jirrigwardaw, minn naħa, il-provvista ta’ “mezz ta’ trasport individwali”, ta’ “ikel”, ta’ “xorb”, ta’ “akkomodazzjoni”, kif ukoll “offerta ta’ attività ta’ rikreazzjoni” lill-membri tal-persunal tal-persuna taxxabbli, u min-naħa l-oħra, il-provista ta’ “rigali ta’ negozju” jew “rigali oħra”.
(2)
L-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva 77/388 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ġiet adottata qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva u li tistabbilixxi li persuna taxxabbli tista’ tnaqqas, mhux kompletament imma proporzjonalment, il-VAT imħallsa meta oġġetti jew servizzi li jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji inkwistjoni jiġu akkwistati u użati parzjalment għal skopijiet privati u parzjalment għal skopijiet professjonali.
(3)
L-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva 77/388 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix lil Stat Membru, wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva, milli jintroduċi emenda, fir-rigward tal-esklużjoni tad-dritt għat-tnaqqis, li hija intiża, bħala regola, li tirrestrinġilha l-portata, iżda li ma jistax jiġi eskluż, f’każ individwali u għal sena finanzjarja partikolari, li twessgħalha l-portata minħabba n-natura fissa tas-sistema emendata.
(1) ĠU C 55, 07.03.2009
ĠU C 90, 18.04.2009
Full & Egal Universal Law Academy