5.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l Awstrija) — Friedrich G. Barth vs Bundesministerium für Wissenschaft und Forschung
(Kawża C 542/08) (1)
(Moviment liberu tal-persuni - Ħaddiema - Trattament ugwali - Allowance speċjali ta’ anzjanità tal-professuri universitarji prevista f’leġiżlazzjoni nazzjonali li l-inkompatibbiltà tagħha mad-dritt Komunitarju ġiet ikkonstatata b’sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Terminu ta’ preskrizzjoni - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività)
2010/C 148/12
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Friedrich G. Barth
Konvenut: Bundesministerium für Wissenschaft und Forschung
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Verwaltungsgerichtshof - Interpretazzjoni tal Artikolu 39 KE u tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal allowance speċjali ta’ anzjanità għall professuri tal-università u li l-inkompatibbiltà tagħha mad-dritt Komunitarju, fil-verżjoni preċedenti tagħha, ġiet ikkonstatata bis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Settembru 2003, Köbler (C-224/01) - Leġiżlazzjoni emendata li, billi pprovdiet għas-sospensjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni previst sabiex jiġu invokati d-drittijiet għall-allowance inkwistjoni biss mid-data tas-sentenza tal Qorti tal-Ġustizzja ċċitata iktar ’il fuq, tqiegħed fi żvantaġġ lill-professuri li ġew miċħuda minn din l-allowance minħabba liġi preċedenti li hija inkompatibbli mad-dritt Komunitarju
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta, għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin, it-talbiet għall-ħlas ta’ allowances speċjali ta’ anzjanità li ġie mċaħħad minnhom ħaddiem li jkun eżerċita d-drittjiet tiegħu għall-moviment liberu, qabel ma ġiet deċiża s sentenza tat-30 ta’ Settembru 2003, Köbler (C 224/01), iċċitata iktar ’il fuq, minħabba l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali inkompatibbli mad-dritt Komunitarju.
(1) ĠU C 90, 18.04.2009.
Full & Egal Universal Law Academy