15.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-543/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 56 KE u 43 KE - Moviment liberu tal-kapital - Azzjonijiet preferenzjali (‘golden shares’) miżmuma mill-Istat Portugiż f’EDP - Energias de Portugal - Restrizzjonijiet fuq ix-xiri ta’ holdings u parteċipazzjoni fit-tmexxija ta’ kumpannija privatizzata)
2011/C 13/05
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun, P. Guerra e Andrade u M. Teles Romão, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, aġent, C. Botelho Moniz u P. Gouveia e Melo, avukati)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 43 KE u 56 KE — Azzjonijiet speċifiċi (“golden shares”) tal-Istat Portugiż fil-kumpannija EDP — Energias de Portugal
Dispożittiv
(1)
Billi żżomm drittijiet speċjali f’EDP — Energias de Portugal, bħal dawk ipprovduti f’dan il-każ mil-Liġi Nru 11/90 li tirrigwarda liġi qafas dwar il-privatizzazzjonijiet (Lei n. 11/90, Lei Quadro das Privatizações), tal 5 ta’ April 1990, mid-Digriet Liġi Nru 141/2000, tal-15 ta’ Lulju 2000, li japprova r-raba’ fażi tal-proċess ta’ privatizzazzjoni mill-ġdid tal-kapital azzjonarju ta’ EDP — Électricité du Portugal SA, u mill-istatuti tal-imsemmija kumpannija favur l-Istat Portugiż u entitajiet pubbliċi oħrajn, mogħtija flimkien ma’ azzjonijiet preferenzjali (“golden shares”) miżmuma minn dan l-Istat fil-kapital azzjonarju tal-imsemmija kumpannija, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 KE.
(2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 19, 24.01.2009.
Full & Egal Universal Law Academy