3.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-545/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttivi 2002/21/KE u 2002/22/KE - Fornitur ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet b’veloċità għolja - Impożizzjoni fuq it-tariffi tas-servizzi ta’ aċċess għall-internet b’veloċità għolja tal-obbligu li tinkiseb awtorizzazzjoni u tal-obbligu li jkunu stabbiliti fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-provvista ta’ dawn is-servizzi - Nuqqas ta’ analiżi tas-suq)
2010/C 179/11
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis u K. Mojzesowicz, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Dowgielewicz u M. Szpunar, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 16 u 17 tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29. p. 367), kif ukoll tal-Artikoli 16 u 27 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi [netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi] (Direttiva Kwadru [Qafas]) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29. p. 349) — Impożizzjoni fuq operatur tal-obbligu li jikseb awtorizazzjoni għat-tariffi bl-imnut għall-provvista ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet b’veloċità għolja mingħajr ma saret analiżi tas-suq
Dispożittiv
(1)
Billi rregolat it-tariffi bl-imnut għall-proivvista ta’ aċċess għall-internet b’veloċità għolja mingħajr ma qabel wettqet analiżi tas-suq, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikoli 16 u 17 tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali), kif ukoll tal-Artikoli 16 u 27 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi [netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi] (Direttiva Kwadru [Qafas]).
(2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 82, 04.04.2009.
Full & Egal Universal Law Academy