21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda
(Kawża C-549/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/70/KE - Ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2009/C 282/26
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u A.-A. Gilly, aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentant: D. O’Hagan, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, tal-1 ta’ Awwissu 2006, dwar miżuri ta’ implementazzjoni tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda d-definizzjoni tal-persuni politikament esposti u l-kundizzjonijiet teknici tal-applikazzjoni ta’ obbligi ssemplifikati ta’ viġilanza fir-rigward tal-klijentela kif ukoll tal-eżenzjoni minħabba attività finanzjarja eżerċitata okkażjonalment jew fuq livell limitat ħafna (ĠU L 214, p.29)
Dispożittiv
(1)
Billi naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, tal-1 ta’ Awwissu 2006, dwar miżuri ta’ implementazzjoni tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda d-definizzjoni tal-“persuni politikament esposti” u l-kundizzjonijiet tekniċi tal-applikazzjoni ta’ obbligi ssemplifikati ta’ viġilanza fir-rigward tal-klijentela kif ukoll tal-eżenzjoni minħabba attività finanzjarja eżerċitata okkażjonalment jew fuq livell limitat ħafna, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
(2)
L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 55, 07.03.2009.
Full & Egal Universal Law Academy