19.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 312/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-551/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/68/KE - Attività ta’ riassugurazzjoni ta’ persuna li taħdem għal rasha - Aċċess u eżerċizzju - Dispożizzjonijiet nazzjonali qabel id-Direttiva - Nuqqas ta’ notifika jew nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2009/C 312/14
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Yerrell u M. Kaduczak, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Dowgielewicz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2005, dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE u 92/49/KEE, kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE (ĠU L 323, p. 1)
Dispożittiv
(1)
Billi naqset li tadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2005, dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE u 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE, u billi naqset milli tinnotifika lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej it-test tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fil-qasam irregolat minn din id-direttiva, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva u, b’mod partikolari, taħt l-Artikolu 64 tagħha.
(2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 55, 07.03.2009.
Full & Egal Universal Law Academy