16.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 11/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 — Le Carbone-Lorraine SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-554/08 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 81KE u Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Suq tal-prodotti abbażi ta’ karbonju u grafita għall-applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi - Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 - Determinazzjoni tal-ammont tal-multa - Gravità tal-ksur - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Prinċipju tan-natura individwali tal-pieni - Trattament ugwali - Prinċipju ta’ proporzjonalità)
2010/C 11/08
Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Le Carbone-Lorraine SA (rappreżentanti: A. Winckler u H. Kanellopoulos, avukati]
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u E. Gippini Fournier, aġenti)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tat-8 ta’ Ottubru 2008, Carbone-Lorraine vs Il-Kummissjoni (T-73/04), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/420/KE, tat-3 ta’ Diċembru 2003, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE dwar akkordju fis-suq ta’ prodotti abbażi tal-karbonju u tal-grafita għall-applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi jew, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti — Ksur tal-prinċipju tan-natura individwali tal-pieni — Metodu ta’ kalkolu tal-ammont tal-multa imposta — Kooperazzjoni mill-qrib u kostanti matul il-proċeduri amministrattivi — Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ trattament ugwali
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Le Carbone-Lorraine SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 44, 21.02.2009.
Full & Egal Universal Law Academy