29.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-557/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/35/KE - Tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet għal ksur - Nuqqas ta’ traspożizzjoni)
2009/C 205/22
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u A.A. Gilly, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: H. Walker, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet għal ksur
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet għal ksur, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 44, 21.02.2009.
Full & Egal Universal Law Academy