16.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 11/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 — SGL Carbon AG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-564/08 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikoli 81 KE u 53 tal-Ftehim ŻEE - Suq tal-prodotti abbażi ta’ karbonju u ta’ grafita għal applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi - Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi - Dħul mill-bejgħ u sehem tas-suq rilevanti - Valur tal-konsum “kaptiv” - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Priniċpju ta’ proporzjonalità)
2010/C 11/09
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: SGL Carbon AG (rappreżentant: M. Klusmann, Rechtsanwalt)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u W. Mölls, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Ottubru 2008, SGL Carbon vs Il-Kummissjoni (T-68/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tal-appellanti għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/420/KE, tat-3 ta’ Diċembru 2003, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE dwar akkordju fis-suq tal-prodotti abbażi ta’ karbonju u ta’ grafita għal applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi jew, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq l-appellanti — Nuqqas li jittieħed inkunsiderazzjoni, billi tqies bħala motiv ġdid inammissibbli, l-argument tal-appellanti dwar il-kunsiderazzjoni, fil-kalkolu tad-dħul mill-bejgħ u tas-sehem mis-suq tal-impriżi kkonċernati, tal-valur tal-konsum kaptiv — Ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ trattament ugwali.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
SGL Carbon AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 69, 21.03.2009.
Full & Egal Universal Law Academy