31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta' Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Oberster Gerichtshof — L-Awstrija) — Internetportal und Marketing GmbH vs Richard Schlicht
(Kawża C-569/08) (1)
(Internet - Dominju tal-ogħla - Regolament (KE) Nru 874/2004 - Ismijiet ta’ dominju - Reġistrazzjoni f’fażijiet - Karatteristiċi speċjali - Reġistrazzjonijiet spekulattivi u abużivi - Kunċett ta’ “mala fide”)
2010/C 209/10
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Internetportal und Marketing GmbH
Konvenut: Richard Schlicht
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 21(1)(a) u (b), (2) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004, tat-28 ta’ April 2004, li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-dominju tal-ogħla u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 825) — Reġistrazzjonijiet spekulattivi u abbużivi — Kunċetti ta’ “dritt jew interess leġittimu” u ta’ “mala fide” — Reġistrazzjoni ta’ dominju mill-proprjetarju ta’ trade mark nazzjonali miksuba bl-għan biss li tippermetti din ir-reġistrazzjoni matul l-ewwel fażi tar-reġistrazzjoni f’fażijiet — Dominju li jvarja kunsiderevolment mit-trade mark li fuqha hija bbażata r-reġistrazzjoni, minħabba l-eliminazzjoni tal-karattru speċjali “&” — Trade mark “&R&E&I&F&E&N&”
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 21(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004 tat-28 ta’ April 2004 li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implementazzjoni u l-funzjonijiet tad-dominju tal-ogħla u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l- mala fide tista’ tintwera’ minn ċirkustanzi oħra apparti minn dawk enumerati fl-Artikolu 21(3)(a) sa (e).
(2)
Sabiex jiġi evalwat jekk jeżistix aġir ta’ mala fide fis-sens tal-Artikolu 21(1)(b) tar-Regolament Nru 874/2004, moqri flimkien tal-Artikolu 21(3), il-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha tal-każ ineżami, u b’mod partikolari l-kundizzjonijiet li fihom ir-reġistrazzjoni tat-trade mark inkisbet u dawk li fihom l-isem ta’ dominju tal-ogħla ġie rreġistrat.
Fir-rigward tal-kundizzjonijiet li fihom ir-reġistrazzjoni tat-trade mark inkisbet, il-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari:
—
l-intenzjoni li t-trade mark ma tintużax fis-suq li għalih intalbet il-protezzjoni;
—
il-preżentazzjoni tat-trade mark;
—
il-fatt li ġie rreġistrat numru għoli ta’ trade marks oħra li jikkorrispondu għal denominazzjonijiet ġeneriċi, u
—
il-fatt it-trade mark li ġiet irreġistrata ftit qabel il-bidu tar-reġistrazzjoni f’fażijiet ta’ ismijiet ta’ dominju tal-ogħla .
Fir-rigward tal-kundizzjonijiet li fihom l-isem tad-dominju tal-ogħla ġie rreġistrat, il-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari:
—
l-użu abbużiv ta’ karattri speċjali jew sinjali ta’ punteġġatura, fis-sens tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 874/2004, għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli ta’ traskrizzjoni stabbiliti f’dan l-artikolu;
—
ir-reġistrazzjoni matul l-ewwel parti tar-reġistrazzjoni f’fażijiet prevista minn dan ir-regolament abbażi ta’ trade mark miksuba f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, u
—
il-fatt li ġie rreġistrat numru kbir ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ ismijiet ta’ dominju li jikkorrispondu għal denominazzjonijiet ġeneriċi.
(1) ĠU C 69, 21.03.2009.
Full & Egal Universal Law Academy