21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-575/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/56/KE - Mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata - Nontranspożizzjoni fit-terminu previst)
2009/C 282/27
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Peere u P. Dejmek, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: D. Haven, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata (ĠU L 310, p. 1)
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata, ir-Renju tal-Belġju naqqas mill-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
(2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 44, 21.02.2009
Full & Egal Universal Law Academy