11.9.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidshof te Antwerpen — il-Belġju) — Rijksdienst voor Pensioenen vs Elisabeth Brouwer
(Kawża C-577/08) (1)
(Trattament ugwali bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali - Direttiva 79/7/KEE - Ħaddiema transkonfinali - Kalkolu tal-pensjonijiet)
2010/C 246/04
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Arbeidshof te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rijksdienst voor Pensioenen
Konvenuta: Elisabeth Brouwer
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Arbeidshof te Antwerpen — Interpretazzzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, għall-kalkolu tal-pensjoni ta’ rtirar tal-impjegati transkonfinali, remunerazzjonijiet standard u preżunti ta’ kuljum iktar baxxi għan-nisa milli għall-irġiel
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha, għal perijodu mill-1984 sal-1994, il-kalkolu tal-pensjonijiet ta’ rtirar u tal-anzjanità għal ħaddiema transkonfinali femminili kien ibbażat, fir-rigward tal-istess xogħol jew xogħol tal-istess valur, fuq salarji ta’ kuljum preżunti u/jew standard li kienu inferjuri għal dawk tal-ħaddiema transkonfinali maskili.
(1) ĠU C 55, 07.03.2009
Full & Egal Universal Law Academy