11.9.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-582/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 169 sa 171 - It-Tlettax-il Direttiva 86/560/KEE - Artikolu 2 - Rifużjoni - Persuna taxxabbli li mhijiex stabbilita fl-Unjoni - Tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni - Tranżazzjonijiet finanzjarji)
2010/C 246/05
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u M. Afonso, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: I. Rao, S. Hathaway, aġenti, K. Lasok, QC)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 169, 170 u 171 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) u tal-Artikolu 2(1) tat-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill 86/560/KEE, tas-17 ta’ Novembru 1986, fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Modalitajiet ta’ rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 129) — Liġi nazzjonali li ma tippermettix l-irkupru tat-taxxa tal-input imħallsa f’dak li jirrigwarda ċerti tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u finanzjarji magħmula minn persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fil-Komunità.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 69, 21.03.2009.
Full & Egal Universal Law Academy