16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/15
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta' Frar 2009 — MPDV Mikrolab GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-17/08) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(ċ) - Rifjut tar-reġistrazzjoni - Trade mark verbali manufacturing score card - Karattru deskrittiv)
2009/C 113/29
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: MPDV Mikrolab GmbH) [rappreżentant: W. Göpfert, Rechtsanwalt]
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) [rappreżentant: G. Schneider, aġent]
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla), tat-8 ta’ Novembru 2007, MPDV Mikrolab vs L-UASI (manufacturing score card) (T-459/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għal annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Ottubru 2005, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “manufacturing score card” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35 u 42 — Karattru distintiv ta’ trade mark verbali magħmula minn kliem li kull waħda minnhom tiddeskrivi karatteristiċi tal-prodotti jew servizzi kkonċernati
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
MPDV Mikrolab GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 79, 29.3.2008.
Full & Egal Universal Law Academy