21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/14
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta' Diċembru 2008 — Enercon GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-20/08 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark tridimensjonali kkostitwita mill-forma tal-prodott - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1) - Karattru distintiv tat-trade mark - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
(2009/C 69/23)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanta: Enercon GmbH (rappreżentanti: R. Böhm u U. Sander, Rechtsanwälte)
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tal-15 ta' Novembru 2007, Enercon vs UASI (T-71/06), li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' Novembru 2005, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-Eżaminatur li jirrifjuta r-reġistrazzjoni ta' trade mark tirdimensjonali Komunitarja li tirrappreżenta l-kisja ta' barra ta' apparat jittrasforma l-enerġija tar-riħ għal prodotti fil-klassi 7 — Karattru distintiv ta' trade mark tridimensjonali kkostitwit mill-forma tal-prodott
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Enercon GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 79, 29.3.2008.
Full & Egal Universal Law Academy