21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/24
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Novembru 2008 — Giuseppe Gargani vs Il-Parlament
(Kawża C-25/08 P) (1)
(Appell - Rikors tal-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament Ewropew kontra l-'azzjoni' tal-President tal-Parlament li wasslet għall-preżentata ta' osservazzjonijiet f'isem il-Parlament f'kawża dwar talba għal deċiżjoni preliminari - Terminu għall-preżentata ta' rikors)
(2009/C 44/40)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Giuseppe Gargani (rappreżentant: W. Rothley, Rechtsanwalt)
Appellat: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Schoo u H. Krück, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla), tal-21 ta' Novembru 2007, fil-Kawża T-94/06, Gargani vs Il-Parlament, li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet bħala manifestament inammissibbli r-rikors ippreżentat mill-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament Ewropew, intiż sabiex tiġi ddikjarata l-illegalità tad-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew li jiġu ppreżentati osservazzjonijiet bil-miktub f'isem il-Parlament, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest ta' kawża għal deċiżjoni preliminari, adottata kontra l-parir tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u li tirrifjuta li l-kwistjoni titressaq quddiem is-seduta plenarja.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
G. Gargani huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 79, 29.3.2008.
Full & Egal Universal Law Academy