20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/21
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Jannar 2009 — Jörn Sack vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-38/08 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Remurerazzjoni - Nuqqas ta’ applikazzjoni taż-żieda għal kariga prevista għall-kapijiet tad-diviżjoni lil konsulent legali fil-grad A*14 - Prinċipju ta’ trattament ugwali)
2009/C 141/36
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Jörn Sack (rappreżentant: D. Mahlo, Rechtsanwalt)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Wägenbaur u J. Currall, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2007, Sack vs Il-Kummissjoni (T-66/05), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors li għandu bħala suġġett talba għal annullament tad-deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-iffissar tal-ħlas ta’ kull xahar tar-rikorrent minn Mejju 2004 sa Frar 2005, talba għal kalkolu ġdid ta’ dan il-ħlas u talba għal annullament tad-deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrent — Nuqqas ta’ applikazzjoni taż-żieda għal kariga prevista għall-kapijiet tad-diviżjoni lil konsulent legali fil-grad A*14 tas-servizz legali tal-Kummissjoni li żgura l-koordinazzjoni ta’ grupp ta’ ħidma — Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud
2)
J. Sack għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
(1) ĠU C 107, 26.04.2008
Full & Egal Universal Law Academy