16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/15
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Frar 2009 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Bundespatentgericht — Il-Ġermanja) — Bild digital GmbH & Co. KG, li qabel kienet Bild.T-O AG & Co. KG (C-39/08), ZVS Zeitungsvertrieb Stuttgart GmbH (C-43/08) vs Präsident des Deutschen Patent- und Markenamts
(Kawżi magħquda C-39/08 u C-43/08) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 89/104/KEE - Applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark - Eżami fil-każ individwali - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-deċiżjonijiet preċedenti - Inammissibbiltà manifesta)
2009/C 113/30
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundespatentgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bild digital GmbH & Co. KG, li qabel kienet Bild.T-O AG & Co. KG (C-39/08), ZVS Zeitungsvertrieb Stuttgart GmbH (C-43/08)
Konvenut: Präsident des Deutschen Patent und Markenamts
Suġġett
Talba għal domanda preliminari — Bundespatentgericht (il-Ġermanja) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, p. 1) — Eżami tal-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade mark fuq bażi individwali mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni deċiżjonijiet preċedenti adottati f’sitwazzjonijiet simili — Rifjut ta’ reġistrazzjoni ta’ trademark opposta minn applikant proprjetarju ta’ serje ta’ trademarks analogi
Dispożittiv
L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru mitluba tiddeċiedi fuq applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark mhijiex obbligata li teskludi l-motivi għal rifjut ta’ reġistrazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3(1)(b) u (ċ) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill, tad-19 ta’ Diċembru 1991, u li tilqa’ din it-talba minħabba li s-sinjal li għalih saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala trade mark huwa kompost b’mod identiku jew simili għal sinjal li għalih hija diġà laqgħet ir-reġistrazzjoni bħala trade mark u li jkopri prodotti jew servizzi identiċi jew simili.
(1) ĠU C 107, 26.4.2008
Full & Egal Universal Law Academy