15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/18
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-tmien Awla) tat-22 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — L-Olanda) — M. Ilhan vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-42/08) (1)
(L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikoli 49 KE sa 55 KE - Vetturi bil-mutur - Użu fi Stat Membru ta' vettura bil-mutur irreġistrata u mikrija fi Stat Membru ieħor - Intaxxar ta' din il-vettura fl-ewwel Stat Membru)
(2008/C 209/25)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden Den Haag
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: M. Ilhan
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden L-Aja –Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 49 KE sa 55 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-ġbir ta' taxxa ta' reġistrazzjoni matul l-ewwel użu ta' vettura fin-netwerk nazzjonali tat-toroq, indipendentement mit-terminu li fih jintuża dan in-netwerk — Intaxxar ta' persuna, stabbilita f'dan l-Istat Membru, li kriet vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor u li hija intiża essenzjalment li tintuża fl-ewwel Stat Membru għal għanijiet professjonali u privati għal perijodu ta' tliet snin
Dispożittiv
L-Artikoli 49 KE u 55 KE jipprekludu l-applikazzjoni ta' leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li persuna residenti jew stabbilita fi Stat Membru li tuża' prinċipalment ġewwa dan l-Istat Membru vettura bil-mutur irreġistrata u mikrija fi Stat Membru ieħor għandha, matul l-ewwel użu ta' din il-vettura fin-netwerk tat-toroq ta' l-ewwel Stat Membru, tħallas taxxa li l-ammont tagħha huwa kkalkolat mingħajr ma jittieħed in kunsiderazzjoni t-terminu tal-kuntratt ta' kiri ta' din il-vettura u lanqas dak ta' l-użu ta' l-istess vettura fuq dan in-netwerk.
(1) ĠU C 92, 12.4.2008.
Full & Egal Universal Law Academy