22.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/9
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca do Porto — il-Portugall) — Santa Casa da Misericórdia de Lisboa vs Liga Portuguesa de Futebol Profissional, Bwin Intrnational Ltd, li qabel kienet Baw International Ltd, Betandwin.Com Interactive Entertainment
(Kawża C-55/08) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Inammissibbiltà)
2010/C 134/14
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Judicial da Comarca do Porto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Santa Casa da Misericórdia de Lisboa
Konvenuti: Liga Portuguesa de Futebol Profissional, Bwin Intrnational Ltd, li qabel kienet Baw International Ltd, Betandwin.Com Interactive Entertainment
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Judicial da Comarca do Porto — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43, 49 u 56 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva għal ċerta organizzazzjoni d-dritt li torganizza, b’mod esklużiv, il-logħob tal-ażżard u tal-lotteriji u li tikkunsidra bħala att kriminali l-attività ta’ organizzazzjoni, promozzjoni u ġbir, inkluż bl-internet, ta’ mħatri fuq avvenimenti sportivi — Projbizzjoni imposta fuq impriża li teżerċita l-attività ta’ organizzazzjoni ta’ mħatri u ta’ lotteriji on line li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor milli tippromwovi, torganizza u tamministra dawn l-imħatri u lotteriji bl-Internet u li tqiegħed għad-dispożizzjoni tar-rebbieħa l-valur tal-premjijiet.
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca do Porto (il-Portugall), permezz tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Diċembru 2007, hija manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 92, 12.4.2008
Full & Egal Universal Law Academy