16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/16
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill- Hof van Cassatie van België — Il-Belġju) — UDV North America Inc vs Brandtraders NV
(Kawża C-62/08) (1)
(Tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 9(1)(a) u 2(d) - Dritt tal-proprjetarju ta’ trade mark reġistrata li jopponi l-użu minn terzi persuni ta’ sinjal identiku għat-trade mark - Kunċett ta’ “użu” - Użu ta’ sinjal identiku għat-trade mark minn intermedjarju kummerċjali fid-dokumenti ta’ negozju tiegħu - Intermedjarju li jaġixxi f’ismu stess iżda għan-nom ta’ bejjiegħ)
2009/C 113/31
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: UDV North America Inc
Konvenuta: Brandtraders NV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Cassatie van België — Interpretazzjoni tal-Artikolu 9(1) u 2(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1) — Dritt tal-proprjetarju ta’ trade mark li jopponi l-użu minn terzi persuni — Kunċett ta’ użu tat-trade mark
Dispożittiv
Il-kunċett ta’ “użu”, skont l-Artikolu 9(1)(a) u 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja, huwa intiż għal sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha intermedjarju kummerċjali, li jaġixxi f’ismu stess iżda għan-nom ta’ bejjiegħ u għalhekk ma kienx parti interessata fil-bejgħ ta’ merkanzija li kien kuntrattwalment marbut magħha, juża, fid-dokumenti tan-negozju tiegħu, sinjal identiku għal trade mark Komunitarja għal prodotti jew servizzi identiċi għal dawk li għalihom din it-trade mark ġiet reġistrata.
(1) ĠU C 107, 26.4.2008.
Full & Egal Universal Law Academy