21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/14
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 — Miguel Cabrera Sánchez vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Industrias Cárnicas Valle SA
(Kawża C-81/08) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Probabbiltà ta' konfużjoni - Trade mark imħallta verbali u figurattiva - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark preċedenti)
(2009/C 69/24)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Miguel Cabrera Sánchez (rappreżentant: J. Calderón Chavero, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. García Murillo, aġent), Industrias Cárnicas Valle SA
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007, Miguel Cabrera Sánchez vs UASI — Industrias Cárnicas Valle (T-242/06) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta' Ġunju 2006 (Każ R 790/2005-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Miguel Cabrera Sánchez u Industrias Cárnicas Valle, SA
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
M. Cabrera Sánchez huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 128, 24.5.2008.
Full & Egal Universal Law Academy