16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/17
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Jannar 2009 — Dorel Juvenile Group, Inc. vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-131/08 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1) (b) - Applikazzjoni għat-trade mark verbali SAFETY 1ST - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Rifjut ta’ reġistrazzjoni)
2009/C 113/33
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Dorel Juvenile Group, Inc. (rappreżentant: G. Simon, avukata)
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Jannar 2008, Dorel Juvenile Group vs UASI (T-88/06) li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament tad-Deċiżjoni R 616/2004-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-11 ta’ Jannar 2006, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “SAFETY 1st” għal prodotti fil-klassijiet 12, 20, 21 u 28 — Karattru distintiv ta’ trade mark — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Dorel Juvenile Group hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 158, 21.6.2008.
Full & Egal Universal Law Academy