12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/16
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ April 2009 — Japan Tobacco, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Torrefacção Camelo Lda
(Kawża C-136/08 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(5) - Ħsara lill-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti - Profitt indebitu bbażat fuq il-karattru distintiv jew fuq ir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Riskju - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tas-sinjal figurattiv “CAMELO” - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali verbali u figurattivi CAMEL)
2009/C 220/27
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Japan Tobacco, Inc. (rappreżentanti: A. Ortiz López, S. Ferrandis González u E. Ochoa Santamaría, abogados)
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Torrefacção Camelo Lda
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Jannar 2008, Japan Tobacco vs UASI u Torrefacção Camelo (T-128/06) li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors ippreżentat mill-appellanti, intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Frar 2006, dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Japan Tobacco vs Torrefacção Camelo — Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p.1) — Raġunijiet relattivi għal rifjut ta’ reġistrazzjoni ta’ trade mark — Profitt indebitu bbażat fuq il-karattru distintiv tat-trade mark jew il-ħsara magħmula lil din tal-aħħar
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Japan Tobacco Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 209, 15.08.2008
Full & Egal Universal Law Academy