29.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/14
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Marzu 2009 — Efkon AG vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-146/08 P) (1)
(Appell - Direttiva 2004/52/KE - Interoperabilità ta’ sistemi elettroniċi dwar it- taxxi tat-toroq fil-Komunità - Appell manifestament inammissibbli jew manifestament infondat)
2009/C 205/25
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Efkon AG (rappreżentant: M. Novak, Rechtsanwalt)
Partijiet oħra fil-proċeduri: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: U. Rösslein u A. Neergaard, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u E. Karlsson, aġenti), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Yerrell u G. Braun, aġenti)
Suġġett
Appell ippreżentat mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Jannar 2008, Efkon vs Il-Parlament u Il-Kunsill (T-298/04), li bih il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors intiż għall-annullament tad-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar l-interoperabilità ta’ sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità (ĠU L 166, p. 124) — Rekwiżit ta’ interess individwali fl-att ikkontestat — Dritt għal smigħ — Tul tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Efkon AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 171, 05.07.2008
Full & Egal Universal Law Academy