18.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/6
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña – Spanja) – N.N. Renta SA vs Tribunal Económico-Administrativo Regional de Cataluña (TEARC), Generalidad de Cataluña
(Kawża C-151/08) (1)
(Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Sitt Direttiva VAT - Artikolu 33(1) - Kunċett ta’ “taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ” - Taxxa fuq it-trasferimenti patrimonjali u t-tranżazzjonijiet legali dokumentati)
2009/C 90/09
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Cataluña
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: N.N. Renta SA
Konvenuta: Tribunal Económico-Administrativo Regional de Cataluña (TEARC), Generalidad de Cataluña
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunal Superior de Justicia de Cataluña – Interpretazzjoni tal-Artikolu 33 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1) – Kunċett ta’ “taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ” – Taxxa nazzjonali fuq it-trasferimenti patrimonjali u t-tranżazzjonijiet legali dokumentati
Dispożittiv
L-Artikolu 33(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix il-ġbir tal-ammont varjabbli jew proporzjonali tat-taxxa fuq it-trasferimenti patrimonjali u t-tranżazzjonijiet legali dokumentati meta din hija dovuta fuq il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ xiri minn impriża li l-attività tagħha tikkonsisti fix-xiri u l-bejgħ ta’ proprjetà immobbli jew fix-xiri ta’ proprjetà immobbli għall-iżvilupp jew għall-kiri.
(1) ĠU C 158, 21.6.2008.
Full & Egal Universal Law Academy