29.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/15
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Mejju 2009 (talba għal deċizjoni preliminari tal-Amtsgericht Büdingen — Il-Ġermanja) — proċeduri kriminali kontra Guido Weber
(Kawża C-166/08) (1)
(“Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 89/397/KEE - Kontroll uffiċjali ta’ oġġetti tal-ikel - Dritt ta’ dawk li huma suġġetti għal spezzjoni li jibbenefikaw minn tieni opinjoni - Kunċett ta’ dawk li huma suġġetti għal spezzjoni”)
2009/C 205/27
Lingwa tal-proċedura: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Büdingen
Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali
Guido Weber
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Amtsgericht Büdingen — Interpretazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/397/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1989 dwar il-kontroll uffiċjali ta’ oġġetti tal-ikel (ĠU L 186, p. 23) — Dritt ta’ dawk li huma suġġetti għal spezzjoni li jibbenefikaw minn tieni opinjoni waqt kontroll uffiċjali tal-oġġett tal-ikel — Kwalità ta’ “dawk li huma soġġetti għal spezzjoni” tad-distributur li għandu r-responsabbiltà kriminali jew amministrattiva għall-istat u għall-ittikkettjar tal-oġġett tal-ikel
Dispożittiv
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/397/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1989 dwar il-kontroll uffiċjali ta’ oġġetti tal-ikel, għandu jiġi interpretat fis-sens li għandha titqies li hija waħda minn “dawk li huma soġġetti għal spezzjoni” fis-sens ta’ din id-direttiva, kumpannija li tkun importat imbagħad qiegħdet fis-suq prodott tal-ikel, u li l-amministratur tagħha jista’, abbażi ta’ analiżi ta’ kampjun ta’ dan il-prodott meħud f’ħanut tan-negozju għall-bejgħ bl-imnut, jinżamm responsabbli fi proċeduri amministrattivi jew kriminali għall-istat tal-imsemmi oġġett tal-ikel jew għall-ittikkettjar tiegħu.
(1) ĠU C 183, 19.07.2008
Full & Egal Universal Law Academy