16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/19
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Marzu 2009 — Christos Michail vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-268/08 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Artikoli 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Fastidju psikoloġiku - Obbligu ta’ għajnuna - Żnaturament tal-fatti - Żball fir-rigward tal-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti)
2009/C 113/37
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Christos Michail (rappreżentant: C. Meïdanis, dikigoros)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u J. Currall, aġenti, E. Bourtzalas u I. Antypas, avukati)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ April 2008, Michail vs Il-Kummissjoni (T-486/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tal-appellant għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Marzu 2004, li ċaħdet it-talba għal għajnuna mressqa mill-appellant skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — Ksur tal-Artikolu 12a tal-imsemmija regolamenti — Fastidju psikoloġiku — Żnaturament tal-fatti — Żbalji mwettqa fil-klassifikazzjoni ġuridika tal-imsemmija fatti.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
C. Michail huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 223, 30.8.2008
Full & Egal Universal Law Academy