27.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 51/13
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Novembru 2009 — Landtag Schleswig-Holstein vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-281/08 P) (1)
(Appell - Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Locus standi in judicio ta’ parlament reġjonali)
2010/C 51/20
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Landtag Schleswig-Holstein (rappreżentanti: S. R. Laskowski, Privatdozentin, J. Caspar, Professor)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u B. Martenczuk, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla), tat-3 ta’ April 2008, Landtag Schleswig-Holstein vs Il-Kummissjoni (T-236/06), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors li kellu bħala suġġett talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Marzu u tat-23 ta’ Ġunju 2006, li jirrifjutaw lill-appellanti l-aċċess għad-dokument SEC (2005) 420, tat-22 ta’ Marzu 2005, li jinkludi evalwazzjoni ġuridika tal-abbozz ta’ Deċiżjoni Qafas, diskuss fil-Kunsill, dwar iż-żamma tad-data pproċessata u maħżuna fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi aċċessibbli għall-pubbliku jew data trażmessa permezz ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi, għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tas-sejbien, tal-prosekuzzjoni ta’ delitti u ta’ ksur kriminali, inkluż it-terroriżmu — Locus standi in judicio ta’ parlament reġjonali — Dritt għal smigħ quddiem qorti — Kunċett ta’ “persuna morali”, skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Il-Landtag Schleswig-Holstein huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) GU C 260, 11.10.2008
Full & Egal Universal Law Academy