12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/16
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 — Leche Celta, SL vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Celia SA
(Kawża C-300/08 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade mark imħallta, verbali u figurattiva, Celia - Raġunijiet relattivi għal rifjut ta’ reġistrazzjoni - Xebh tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni ma’ trade mark preċedenti - Trade mark li tropri prodotti identiċi - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Appell manifestament inammissibbli)
2009/C 220/28
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Leche Celta, SL (rappreżentant: J. Calderón Chavero, abogado)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Celia SA (rappreżentanti: D. Masson u F. de Castelnau, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla), tat-23 ta’ April 2008, Leche Celta vs L-UASI (T-35/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti magħmul kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Diċembru 2006, rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Leche Celta SL u Celia SA — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1) — Raġunijiet relattivi għal rifjut ta’ reġistrazzjoni ta’ trade mark — Probabbiltà ta’ konfużjoni marbuta ma’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark simili għal trade mark preċedenti għal prodotti identiċi — Paragun tas-sinjali fuq il-livell viżiv, fonetiku u kunċettwali
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Leche Celta SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 223, 30.08.2008
Full & Egal Universal Law Academy