28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/20
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Angelo Grisoli vs Regione Lombardia
(Kawża C-315/08) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-proċedura - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Saħħa pubblika - Spiżeriji - Prossimità - Provvista ta’ mediċini għall-popolazzjoni - Awtorizzazzjoni ta’ operat - Tqassim territorjali tal-ispiżeriji - Distanza minima bejn l-istabbilimenti)
2012/C 25/34
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Angelo Grisoli
Konvenuta: Regione Lombardia
fil-preżenza ta’: Comune di Roccafranca
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Interpretazzjoni tal-Artikoli 152 u 153 KE — Ftuħ ta’ spiżeriji ġodda — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi limiti skond in-numru ta’ abitanti u li tiffissa l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-ftuħ ta’ spiżerija ġdida
Dispożittiv
L-Artikolu 49 TFUE ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi limiti għall-ftuħ ta’ spiżeriji ġodda, billi tipprovdi li
—
fil-komuni b’popolazzjoni inferjuri għal 4 000 abitant, spiżerija waħda biss tista’ tiftaħ, u
—
fil-komuni b’popolazzjoni ogħla minn 4 000 abitant, il-ftuħ ta’ spiżerija ġdida huwa suġġett għal kundizzjonijiet bħal li jrid ikun hemm iktar minn mill-inqas 50 % tan-numru ta’ abitanti meħtieġa għal spiżerija u l-osservanza ta’ distanza minima fir-rigward tal-ispiżeriji diġà eżistenti,
bil-kundizzjoni li tali leġiżlazzjoni tippermetti, b’deroga mir-regoli bażiċi, il-ħolqien ta’ numru suffiċjenti ta’ spiżeriji li jistgħu jiżguraw servizz farmaċewtiku approprjat fiż-żoni b’karatteristiċi demografiċi jew ġeografiċi partikolari, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 260, 11.10.2008
Full & Egal Universal Law Academy