26.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/13
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landessozialgericht Berlin — il-Ġermanja) — Christel Reinke vs AOK Berlin
(Kawża C-336/08) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2011/C 63/24
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landessozialgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Christel Reinke
Konvenut: AOK Berlin
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Landessozialgericht Berlin — Interpretazzjoni tal-Artikoli 18, 49 u 50 KE, kif ukoll tal-Artikolu 34(4) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 83) — Rimbors tal-ispejjeż mediċi marbuta ma’ trattament ta’ urġenza ta’ ċittadin ta’ Stat Membru fi sptar privat ta’ Stat Membru ieħor, li jirriżulta minn rifjut tal-isptar pubbliku kompetenti, minħabba kapaċitajiet insuffiċjenti, li jipprovdi l-imsemmi servizz — Leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru kompetenti li teskludi r-rimbors tal-ispejjeż mediċi kkawżati minn trattament ta’ urġenza fi sptar privat fi Stat Membru ieħor, iżda li tippermetti r-rimbors tal-imsemmija spejjeż meta l-fattura tinħareġ minn sptar privat li jinsab fit-territorju nazzjonali.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx lok li tingħata risposta għat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landessozialgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja), b’deċiżjoni tas-27 ta’ Ġunju 2008.
(1) ĠU C 260, 11.10.2008.
Full & Egal Universal Law Academy